CEPOL hija aġenzija tal-Unjoni Ewropea li tkattar il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi Ewropea u internazzjonali permezz tat-taħriġ.
CEPOL għandha l-għan li ssir ċentru ta' klassi mondjali, u twassal għal bidla fil-qasam tat-taħtiġ fl-infurzar tal-liġi. Aġenzija li tikkontribwixxi fl-indirizzar ta' kwistjonijiet ta' sigurtà fl-Ewropa u globali billi tressaq komunitajiet ta' infurzar tal-liġi eqreb biex jikkondividu prattiki tajba, għarfien u know-how.
CEPOL iressaq flimkien il-professjonisti fl-infurzar tal-liġijiet biex:
Mas-CEPOL, il-professjonisti jistgħu jkabbru kemm l-għarfien kif ukoll in-netwerks tagħhom.
CEPOL - Edukazzjoni, Innovazzjoni, Motivazzjoni
CEPOL hija aġenzija tal-Unjoni Ewopea ddedikata biex tiżviluppa, timplimenta u tikkoordina t-taħriġ għall-uffiċjali li jinfurzaw il-liġi.
Mill-1 ta' Lulju 2016, id-data tal-mandat legali ġdid tagħha1, l-isem uffiċjali tas-CEPOL huwa l-“Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi”.
Il-kwartieri ġenerali tas-CEPOL jinsabu f'Budapest, l-Ungerija.
Is-CEPOL tikkontribwixxi għal Ewropa aktar sigura billi tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-għarfien fost uffiċjali tal-Istati Membri tal-UE fl-infurzar tal-liġi u sa ċert punt, minn pajjiżi terzi, fuq temi relatati mal-prijoritajiet tal-UE fil-qasam tas-sigurtà; b'mod partikolari, miċ-Ċiklu tal-Politika tal-UE dwar kriminalità serja u organizzata.
Is-CEPOL tgħaqqad netwerk ta' istituti ta' taħriġ għal uffiċjali tal-Istati Membri tal-UE fl-infurzar tal-liġi u tappoġġjahom billi tipprovdihom b'taħriġ tal-aħħar kwalità dwar prijoritajiet ta' sigurtà, kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u skambju ta' informazzjoni. Is-CEPOL taħdem ukoll mal-korpi tal-UE, organizzazzjonijiet internazzjonali, u pajjiżi terzi biex tassigura li l-aktar theddidiet serji jiġu indirizzati b'rispons kollettiv.
Is-CEPOL huwa mmexxi minn Direttur Eżekuttiv, li jwieġeb lill-Bord ta’ Tmexxija. Il-Bord ta' Tmexxija huwa magħmul minn rappreżentanti minn Stati Membri tal-UE u l-Kummissjoni tal-UE. Il-president tal-Bord ta' Tmexxija huwa rappreżentant ta' wieħed mit-tliet Stati Membri li ppreparaw b'mod konġunt il-programm ta' 18-il xahar tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-Bord ta' Tmexxija jiltaqa' mill-inqas darbtejn f'sena. Barra minn hekk, is-CEPOL iddedika Unitajiet Nazzjonali (CNUs) f'kull Stat Membru biex jipprovdi informazzjoni u assistenza lill-uffiċjali fl-infurzar tal-liġi li jixtiequ jipparteċipaw fl-attivitajiet tas-CEPOL. Is-CNUs jappoġġaw ukoll l-operazzjonijiet tas-CEPOL.
Il-programm ta' ħidma annwali tal-aġenzija huwa mibni bil-kontribut minn dan in-netwerk u partijiet ikkonċernati oħra, li jirriżulta f'attivitajiet topiċi u ffokati mfassla biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-Istati Membri fl-oqsma ta' prijorità tal-istrateġija tas-sigurtà interna tal-UE. Barra minn hekk, is-CEPOL tevalwa l-ħtiġijiet ta' taħriġ biex tindirizza l-prijoritajiet ta' sigurtà tal-UE.
Is-CEPOL kontinwament tistinka biex toffri attivitajiet innovativi u avvanzati billi tintegra l-iżviluppi relevanti fl-għarfien, ir-riċerka u t-teknoloġija, u billi toħloq sinerġiji permezz ta' kooperazzjoni b'saħħitha.
Il-portafoll attwali tas-CEPOL ikopri l-attivitajiet residenzjali, tagħlim online (jiġifieri webinars, moduli online, korsijiet online, eċċ.), programmi ta' skambju, kurrikula komuni, riċerka u xjenza.
Office address
European Union Agency for Law Enforcement Training
1066 Budapest
Ó utca 27
Hungary
Correspondence address
European Union Agency for Law Enforcement Training
1903 Budapest
Pf.314
Hungary
Telephone: +36 1 803 8030/8031
Fax: +36 1 803 8032